“Għid l-Istorja” – Tema ta’ Konferenza ġewwa Brussel

Dan huwa żmien deciżiv fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Issa li ġie allokat il-budget, għaddejjin diskussjoniet sabiex jiġu mħejjiha r-regoli fuq kif ser jiġu mplimentati dawn il-fondi f’diversi oqsma. Il-Kummissjoni, tagħti importanza kbira lejn il-komunikazzjoni specjalment fejn jidħol l-infiq ta’ fondi u l-użu tagħhom. Fl-aħħar minn l-aħħar, il-fondi tal-Unjoni Ewropea jiġu mit-taxxi tac-cittadini tal-UE stess. 

 

It-tema tal-konferenza li seħħet  fid-09 u l-10 ta’ Diċembru kienet “Għid l-Istorja”, fejn diversi esperjenzi u stejjer marbuta ma’ fondi tal-UE ġew mitkellma. Din l-attivita ġiet imħejjija minn erbgħa direttorati differenti ġewwa l-Kummissjoni Ewropea.  Il-konferenza bdiet il-Ħadd 9 ta’ Decembru, meta ġewwa l-Crown Plaza Hotel fi Brussel, iltqajna bosta ġurnalisti mal-kelliem uffiċjali tal-Kummissarju tal-Agrikoltura u l-iżvilupp Rurali, Roger Waite. Dan kien għadu kemm wasal lura fi Brussel minn Bali, fejn flimkien mal-Kummissarju Dacian Ciolos, u delegati oħrajn, iddiskutew ftehim importanti marbut mal-importazzjoni tal-prodotti agrikoli lejn pajjizi fl-UE.

 

L-għada, serje ta’ kelliema, fosthom il-Kummisarju Dacian Ciolos, u l-Kummisarju Johannes Hahn, qasmu ma’ dawk prezenti ħsibijiet dwar l-isfidi li għaddejja minnhom l-Ewropa, u kif ir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni, ser twassal għal-infiq iktar bil-għaqal u ġust għal-pajjizi membri. Il-bqijja tal-konferenza, seħħet ġewwa l-Square Business Centre fi Brussel.  Iktar tard il-Kummissarju Ciolos, indirizza bosta ġurnalisti waqt taħdida. Dawk prezenti saqsew domandi rigward l-agrikoltura speċjalment dwar setturi bhal produzzjoni, biedja organika, u ambjent. L-iktar punt li laqatni kien meta Ciolos qal li l-agrikoltura ma għandix titqies bħala professjoni antikwata, speċjalment miżżagħżagħ. Huwa qal ukoll li permezz ta’ fondi tal-iżvilupp rurali għandna nindirizzaw is-sors tal-problemi li qed jaħkmu s-settur, u mhux necessarjament il-produzzjoni.

Iktar informazzjoni dwar xi ntqal waqt din il-konferenza tista’ tinkiseb minn fuq it-twitter profile tiegħi.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s