Bosta huma dawk il-bdiewa u sidien tal-art li qiegħdin jistaqsu mingħajr ma jsibu tweġibiet ċari. Dan bir-raġun ghax l-affarijiet mhumiex ovvji u hemm ħafna kwistjonijiet. Ħa nikteb erbgħa punti hawn taħt biex nispjega ftit x’ġara dan l-aħħar;
1. Il-White Paper ma kienet xejn ħlief ezercizju ta’ whitewashing. Għaliex? Għax fl-istess waqt li tnhediet il-konsultazjoni, ħareġ abbozz ta’ ligi li jbiddel il-ligi tal-Qbiela.
2. Il-maġġoranza tal-bdiewa (biex ma’ nghidx ‘kulħadd’), inkluż bosta raprezentanti ma kienux jafu b’dan l-abbozz, għax ħadd ma ġie mgħarraf.
3. Kellna raġun bħala #MaYA li nistennew u nieħdu parir legali dwar dan għax malajr indunajna li l-White Paper duħħan biex ma narawx dak li qiegħed jinħema!
4. Xorta ħriġna l-feedback dwar il-White Paper għax hekk kien mitlub minnha, imma ħrigna wkoll feedback (mhux mitlub) fuq dan l-abbozz. Dan qiegħed pubbliku fuq il-website tal-MaYA, għax ahna nemmnu fit-trasparenza, u mhux fil-meetings li jsiru wara dahar kulħadd.
5. Issa fatta…l-abbozz sar liġi, jiġifieri daħlet fis-seħħ il-bieraħ.
6. Inbidlet għal-aħjar il-liġi? Le. Għaliex? Għax il-kriterji li bihom tiġi evalwata l-art agrikola tneħħew!
7. Issa ħaġa waħda biss jista’ ssir. Li l-kriterji li tneħħew, kif ukoll oħrajn li huma relevanti, jiġu inklużi fil-liġi sussidjarja u nittamaw li ssir konsultazjoni sura ta’ nies fuq dawn.
8. Il-persentaġġ ta’ 1.5% li ddaħħal fil-liġi l-ġdida huwa inutli. Għaliex? Għax jekk biċċa art tiġi stmata b’mod esaġerat, għalxejn għandna l-percentaġġ, għax il-qbiela xorta ser tiġi għolja. Per ezempju: Jekk biċċa art tiġi stmata miljun flok €500,000. Allura 1.5% ta’ miljun €15,000 raġjonevoli?
9. Nofs verita, m’hi xejn ħlief gidba!
Aqra iktar