Consultation for Maltese Agri Policy

Earlier today, a number of farmers and their representatives attended a consultation meeting at the Koperattivi Malta premises in Qormi with regards to the Maltese Agri Policy 2018-2028.

Mr. Eman Vella from Atriga Consult gave a brief introduction of the draft policy and its priorities. Hon. Clint Camilleri made his intervention by saying that this policy is the first of its kind and that efforts are being made to make this policy work.

Following this, the floor was given to the attendees. Several interesting remarks have been made including;

  1. Land and water management issues
  2. Family friendly measures needed to assist young farmers
  3. Suggested measures linking local growers to the catering industry
  4. EU funding and the need for better administration

Anyone interested in submitting feedback about the draft policy may do so till the 31st of March. Click here for more information and supporting documents.

 

3 thoughts on “Consultation for Maltese Agri Policy

  1. Emanuel Muscat says:

    Biedwi full time jahem kwazi 12 ‘il siegha kulljum is-sena kollha u ta’ dan mhux imhallas .Minn hu dak iz-zghazugh li ser jidhol ghal dan il-mistier.Kien xi zmien.Il-bdiewa full time kull ma jmur dejjem jonqsu.Dan l-ahhar qed jiholoq fenominu gdid fil-pitkalija Ta Qali qed jidhol haxix iktar mis-soltu minn dawk il-bdiewa li qed li li qed juzaw l-ilma tat-tifsija.Dan qed iwwaqqa l-prezz li jfisser inqas dhul.Ta dan minn ser jikompesahom lil dawk il-bdiewa li jtellghu l-ilma biex Issaqu b’kontijiet ta’ dawl gholjien.U trid tidhol is-salvagwardja meta jkun hemm bzonn.Billi jifrankaw xi 1000 ewro taxxa ma jkun solvut xejn.

    Like

  2. joseph Borg says:

    Jien ili sentejn u nofs bhala full time farmer . Kul ma andi 11 il tomna raba u dejem adej go fijom u xol ibes namel mi zbieh sa ma jidlam u gilli anke il had filodu mur ukol. Bhala qlieh u kontijiet ma gwadanjajt xejn . Qed namel da xol min flok missiri li lum mejjet . qed nifem li kien jejd missiri li kien jejdli mnala andi il pensjoni ax kiku ma nadix. Mi lesperjenza li andi jider li il bidwi kollox kontrieh mil bidu sa lahar. Mela tibda li trid tahdem lart u trid tahdima sew bix tkun tajba al prodot. Trid tixtri ix xitel jew tkabru inti li zerlja u xitla mumix irhas. Thawel ix xitla li trid is saqqi u tindukra mil mard , virus, inseti le hem hafna tipi , moffa bhal fungucida ,glata , rih maltemp kolox kontrik hlif meta tamel xita bil galbu ax is saqilek sakem ma tifqlikx kollox jew ma tamel xejn. Dan andek perjodu mil linqas bix tkabar pjanta 3 xhur u aktar u sigar min sena al lohra . Bexx kontra il mard li hem hafna tipi huma oljien hafna ? Tip ta demel u nutrijenti um oljien mumix irhas mimu u bidwi jaf xjina najd dan kolla spejjes sa kem it tkabar pjanta qed nitkelmu . Xhin tigi bix taqta jew taqla il pjanta jek ma tkunx thasritlek tmur tbiha il il pitkalija il prezz tithalas skont is suq . Mela jek is suq ikun tajjeb jigifiri al bidwi ma ikollux prodot jiswa nejdu ima il bidwi ma ikolux il prodot ftit ikun awn ax jew ma ikunx zmienu jew ikun aw il mard haga jew ohra. Jek tinzerta li ikolok il prodot fdak iz zmin tigbor li haqek. Meta il bidwi ikollu il gid go raba li ikun seh il prodot u amel titla bih il pitkal u ma jiswilek xejn perezempju kaxxa pastard ta 6 itik 50 cent ta ewro jew xejn jejdek armejtlek kollox . Taffu li tigri din ? Aw aw hafna nies laqas idea ma andom. Jigifir il bidwi ikastigat bil git ax mata iseh il prodot jarmuh . Ir raba fih lispejes xol ibes u hin twil ta xol. Din naqra mil lesperjenza li andi ax ikolok taqbad titkelem fuqa il bicca ta xol tal bidwi ma tiqafx !

    Like

    • Jeanette Borg (Malta) says:

      Għażiż Sur Borg,

      Grazzi tal-kumment tiegħek. Minkejja li semmejt ħafna affarijiet negattivi, nemmen li l-fatt li bidwi jikkummenta fuq blog huwa pozittiv.

      Ħafna pożittiv meta tqis li sa ftit snin ilu lanqas bidwi malti wieħed ma kien juża s-social media. Għalkemm ma nafux lil xulxin, bosta oħrajn, inkluż jiena, dejjem konna minn ta quddiem biex niddefendu lis-settur u lil min hu ġenwin u meta kien ikun hemm xi kummenti fuq il-gażżetti jew facebook, l-ebda bidwi ma kien jikkummenta. Li llum il-bdiewa qed isemmgħu leħinhom. Din tfisser bidla kbira għal dawk li jmexxu għax it-tpaċpic u t-tgergir li kien isir fuq iz-zuntier tal-knisja, issa qed isir online fejn jaraħ kullħadd.

      Għandek raġun tgħid li x-xogħol fil-biedja iebes, bħal kull negozju ieħor. Iktar minn li s-siegħat ta’ xogħol naħseb li l-iktar iebes fis-settur huwa r-riskju; tat-temp, tal-mard, u ta’ affarijiet li ma tantx għandu kontroll fuqhom il-bniedem.

      Jekk iż-żgħażagħ iridux jidħlu f’dan il-qasam, l-aħjar inħallu lilhom jiddeċiedu. Naf zgħażagħ li minkejja li għandhom riżorsi limitati qed jirnexxielhom jagħmlu ħidma mportanti fis-settur; mhux f’Malta biss imma pajjiżi ieħor. Hawn minn għandu ħeġġa u idejat tajbin. Ejja nqawwulhom qalbhom lil dan-nies u mhux naqtgħulhom qalbhom.

      Naqbel miegħek ukoll li l-bidwi u r-raħħal għandu ħafna kontriħ. L-awtoritajiet ma tantx ħadu x-xogħol fl-agrikoltura bis-serjeta matul l-aħħar snin u nista’ ngħid li baqa ħafna xi jsir. Pero, hemm żewġ affarijiet li nistgħu nagħmlu; 1. nibqgħu ngergru u naqtgħu qalbna 2. nkomplu nistinkaw u ningħaqdu biex il ftit li baqa’ niproteġuħ…anzi mmorru l-quddiem. Jien nagħżel li nkun mat-tieni kategorija…u inti?

      Qed insemmi l-għaqda…dak li semmejt inti fil-Pitkalija qed jiġri proprju għax il-bdiewa qatt ma riedu jingħaqdu…ħafna jaħdmu kontra xulxin, jinpikaw ma’ xulxin, saħansitra anke mal-membri fil-familji tagħhom. Jekk hemm min qed jifqa’ s-suq, sinjal li s-suq mhux organizzat. X’qed infisser; x’sens jagħmel li kulħadd jagħmel pastard? imbaghad jaqa’ l-prezz u kulħadd igerger.

      Mhux bilfors, jekk ma hemm l-ebda sens ta’ pjanar kollettiv f’dak li jħawwel u jiproduċi il-bidwi? Malta pajjiż daqs tikka u kieku nħaddmu naqra iktar moħħna FLIMKIEN, u mhux kulħadd fil-veru sens tal-kelma jgħażaq waħdu, kieku qedin ħafna aħjar minn li qedin. Is-surplus QATT ma jfisser ġid imma ħela.

      Jekk il-prezz li qed jingħata l-bidwi mhux xieraq, hemm bżonn naraw x’nagħmlu. Il-pitkalija hija sistema obsolete, u ilha għexierien ta’ snin hekk. Ilna ngħidu l-istess affarijiet snin twal. Li hu żgur li kien hemm min xeba jieħu prodott il-pitkalija, u sab sorsi ta’ bejgħ differenti. Kien hemm minn fetaħ ħanut bejn ftit bdiewa, kien hemm min rama l-farmers market, kien hemm min beda jbigħ dirett lil proċessuri. Kulħadd jista’ jagħmel dan? forsi mhux kulħadd imma jekk ikun hemm min mhux jistma’ x-xogħol tiegħek, tajjeb li tħabbat bieb ieħor. Finalment, fil-pitkalija, kulhadd moqdi u kuntent, barra il-bidwi, mela għax ma għandux jagħmel il-move il-bidwi?!

      Ħafna mil-prodotti li jġibu prezz baxx, anzi, prezz ridikolu huma ħxejjex konvenzjonali, bħal kabocci, pastard, insomma, dawk tal-borma. F’kull suq hemm dak li jirrendi u dak li mhux worth it. Għalfejn nibqgħu niproduċu affarijiet li mhux worth it? Nistgħu nibdew nirraġunaw bil-mod li jrid is-suq u mhux b’dak li ilna nkabbru minn żmien il-bużnanna?! Safrattant min ikabbar prodott imfittex, ukoll irid jaħdem bil-għaqal biex iġib prezz tajjeb, aħseb u ara jekk niproduċu prodott li hemm ċans kbir li s-suq ikun mifquħ biħ.

      Veru li jekk naqbdu nitkellmu fuq das-suġġett ma nieqfux, imma rridu nitkellmu iktar! Dak li mhux jaħdem hemm bżonn nirranġawħ u dak li jaħdem hemm bżonn nagħmlu minn kollox biex nagħmluħ aħjar.

      Inselli għalik, u j’Alla jkollna ċ-ċans niltaqgħu!

      Like

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s