Bejn it-28 u 29 ta’ Jannar, seħħet konferenza annwali dwar il-komunikazjoni relatata mal-PAK. Ġew mistiedna għal dan l-avveniment bosta ġurnalisti u profesjonisti oħrajn li xogħolhom huwa relatat mal-PAK. Fil-għodu saru laqgħat bejn il-mistiedna u kelliema minn DG AGRI, fosthom il-Kummisarju l-ġdid għal-Agrikoltura u Żvilupp Rurali, Phil Hogan. Wara nofs in-nhar saru votazjonijiet u ġew imħabbra r-rebbieħa tal-aħjar proġetti ta’ komunikazjoni dwar il-PAK.
![]() |
Il-Kummissarju Phil Hogan |
Wara kien hemm intervent mil-Kummissarju Phil Hogan, fejn indirizza lil dawk preżenti u spjega x’hinu għaddej bhal issa. Kien sorpriz bl-interess akkanit tal-ġurnalisti prezenti. It-tnaqqis fil-prezz tal-ħalib kien suggett ewlieni li saqsew dwaru l-ġurnalisti. Il-Kummisarju tkellem dwar it-tibdil li bi ħsiebu jwettaq, specjalment fl-ammont tal-ligijiet relatati mal-PAK. Hu tenna li s-simplifikazjoni u l-konsolidazjoni huma priorita kbira ghaliħ.l-laqgħat ta’ fil-għodu seħħew fil-bini tal-Kumitat tar-Reġjuni, u l-ewwel kelliem li fetaħ id-diskussjoni kien Roger Waite. Is-Sur Waite, jaħdem fil-qasam tal-komunikazjoni ġewwa DG AGRI u ta’ min isemmi li s-Sur Waite kien spokesperson ufficjali tal-Kummissarju Ciolos.
Ġrajjiet kurrenti dwar is-sistema l-ġdida tal-Pagamenti Diretti u l-aħħar żviluppi fis-swieq internazjonali tal-prodotti agrikoli kienu t-temi diskussi minn żewġ uffiċjali għolja ġewwa DG AGRI. F’dan l-istess avveniment, ġew magħżula l-aħjar proġetti ta’ komunikazjoni dwar il-PAK. Kien hemm b’kollox tlett kategoriji, u tlett finalisti f’kull kategorija. Il-ġurnalisti u profesjonisti oħra li attendew, ivvutaw ghal-aħjar proġett f’kull kategorija. Il-Kummisarju Hogan preżenta premjijiet lir-rebbieħa u dawn huma l-proġetti li kisbu l-aħjar postijiet;
– Livable Austria minn l-Awstrija
– Future of Farming mid-Danimarka
– The New CAP; Future for our farmers and future for our society minn Spanja