Wara li ntella’ ritratti fuq Facebook nirċievi ħafna ‘public’ u ‘private’ messages, minn Malta u minn Ghawdex, fuq minn fejn wiehed jista’ jixtri prodott hekk; frisk, lokali u mhux mibxux .
Saħansitra hemm min jaħseb li bhala xoghol, jien inbigh il-haxix jew pitkala ! Il-verita hi li bix xoghol li naghmel flimkien ma’ ohrajn bil-MaYA Foundation, inżur diversi bdiewa u raħħala għal li jkun hemm bżonn
.
Minn fejn se nixtru ħaxix u frott tajjeb ? Nagħti parir li tistaqsu għal-prodott lokali minn kull fejn tixtru. Iktar ma’ tixtru minn għand min jagħti kaz x’qed ibigh, iktar aħjar. Hawn bdiewa jbiegħu dirett, hawn hawkers li huma stess bdiewa u jaħdmu ma’ bdiewa oħrajn, hawn supermarkets li sar għandhom għazla ta’ prodotti MALTIN! Min veru jħobb l-ambjent juri ‘support’ lill-produtturi lokali.
Saqsu u tiddejqux tistaqsu domandi fuq kif ġie mkabbar il-prodott. Hawn min hu onest u genwin. Tafu min mhux onest? Min qed jgħid lin-nies li f’Malta ma ghandniex hamrija tajba, li l-bdiewa njoranti u jużaw bexx bla bzonn, min jaqbillu jgħid hekk halli l-borma tieghu tfuh iktar minn dik tal-gar.
Mhux qed ngħid li s-settur tal-agrikoltura ma fiħx problemi. Anzi hemm bżonn ħafna idejn u mħuħ b’rieda tajba.
Minkejja li naħdmu kontra l-kurrent u ġieli nsibu oppozizjoni minn wħud li suppost jgħinuna, ħa nibqa naħdem biex il-bdiewa u r-raħħala Maltin jingħataw ir-rispett li jixraqilhom, speċjalment iż-zgżar, gżax il-futur tal-ikel taghna f’idhom!!
Il-prodotti f’dan ir-ritratt hawn taħt, prova ċara li f’Malta ️ jista’ jitkabbar prodott ġenwin u bla bexx
. Tistaqsunix minn fejn tistgħu tixtru bħal dan, għax il-prodotti li jidrhu hawn, huma frott ta’ riċerka li qed issir minn żgħażagħ li għandhom għal qalbhom l-agrikoltura u nvestew fir-riċerka minn buthom ⏳

Ħxejjex u ħwawar mkabbrin Malta bl-iktar mod nadif possibbli
Mingħajr riċerka ma jimxix il-quddiem is-settur. Riċerka li taħdem id f’id mal-indistrija u mhux riċerka li wara li jispiċċa xi proġett, imut kollox fuq ruħ ommu
Ara taħsbu li dawn nies li qedin jipruvaw jagħmlu xi ħaġa ta’ ġid, sabu xi tapit aħmar u jdejn miftuħa bl-għajnuna neċessarja. Qed insegwi l-kas u nista’ ngħid, li hawn Malta nipruvaw naqtgħu qalb min irid, jaħdem qabel ma jkun beda
Kif tista’ tkun innovattiv, jekk il-bażi tal-industrija għandha bżonn attenzjoni immedjata? Inutli tiprova twaħħal spoilers mal-karozza biex tiġri iktar, jekk ikella bżonn service!