Ħsibijiet tal-lum

Is-sajf ta’ Malta  kiefer eh! Ħassejtni ħa mmut għamilt siegħa u nofs insuq u ndur fir-raba. Aħseb u ara dak il-bidwi li kien qed jaħrat u jlesti l-art għal-patata Veru mhux apprezzat biż-żejjed ix-xogħol tal-bdiewa u l-konsumatur ma’ ghandux idea vaga ta’ kemm hu mportanti x-xogħol tal-biedja.

L-ikel importanti, imma zgur li mingħajr il-bdiewa, tkompli tinqered il-ftit kampanja li baqalna! Ixtru lokali għax b’hekk biss nuru support lill-bdiewa. Jekk iżarmaw il-ftit bdiewa li baqa’ (u hemm min hekk jixtieq, għax hekk jaqbillu) inkunu tlifna l-ambjent ukoll. Fejn żarmaw il-bdiewa, diżastru ambjentali għandna.

 

Waqt li kont id-dar il-lejla inzertajt program interessanti. Prosit lill-TVM2 tal-klip edukattiv għat-tfal dwar il-food miles. Il-messaġ kien ċar “kulu lokali u tal-istaġun”.

Il-banana tiġi minn l-Arġentina, ħafna tuffieħ  jiġi minn l-Italja ta’ fuq, u ħafna larinġ  jiġi minn Spanja. It-trasport wieħed mis-setturi li qed jikkonsma ħafna fuel, u qed inkomplu nżidu mas-sħana li diġa għandna fil-klima! 

Importanti l-frott impurtat għax iżid il-varjeta fid-dieta tagħna, imma lokalment, tista’ tgħid għandna frott li jilħaq mas-sena kollha, jew kważi. Tajjeb li nieħdu ħsieb il-prodotti tagħna, u min jagħmilhom.

Li nieklu lokali jgħin, biex nieħdu ħsieb l-ambjent…din mhux xi filosofija astronomika imma loġika u xjenza 

 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s