Żaqqna ma’ għandiex tkun skip!

Għadni kemm qrajt artiklu fuq il-famus festin tal-iskejjel li nfaħna daqs bużżieqa! Mingħajr ma noqgħodu ndaħħlu politika partiġjana anka fil-kwistjoni tal-ikel li nagħtu t-tfal, naħseb wasal iż-żmien li nibdew nieħdu l-ikel bis-serjeta ġo dal-pajjiż għax waqajna fil-baxx.
Sirna naċċettaw dak li għandu jitqies bħala imbarazz…l-inglizi jgħidu “not fit for consumption”. Għaliex le, għandna nħabblu naqra iktar moħħna fuq affarijiet tajbin li jgħoġbu lit-tfal u fl-istess ħin ġenwini.
Diġa pass importanti li ċertu skejjel għandhom guidelines dwar x’hinu aċċettabbli bħala lunch jew snack. Pero rridu noqodu attenti minn l-estremiżmu.
Diżgrazjatament, għandna poplu li ma jafx x’hini ddifferenza bejn margerine u butir, id-differenza bejn żejt taż-żebbuġa u sunflower oil, li l-laħam proċessat irid ukun ġej minn sorsi affidabbli. Li l-ġbejna, suppost, magħmula minn ħalib tan-nagħaġ mhux pastorizzat, u ma fiha xejn ħażin demend li min produċiha għandu l-oval health mark.
Min ma jafx fuq dawn l-affarijiet hemm bżonn jibda’ jistaqsi mhux infajjar ċertu sweeping statements daqs l-aqwa esperti. Ċarlatani għandna kemm trid mas-saqajn u fis-settur tal-ikel ma jonqsux.
Meta nixtru xi kċina jew xi kamra tal-banju, tgħidx kemm niskandaljaw u nfittxu minn hu l-aħjar bejjiegħ u min hu tas-sengħa. Allura meta niġu għal-ikel, għalfejn lesti nibilgħu u nħallsu bil-qares għal dak kollu li nsibu fuq xkaffa?
Il-pastizz ta’ darba fis-sena mhux se joqtolna! Il-imbarazz ta’ matul is-sena żgur li mhux qed jagħmlulna ġid.
Barra minn Malta tmur ġo canteens u refectories iġennuk, b’ikel bħal tad-dar. Hawn Malta, l-unika canteen fejn sibt ikel deċenti hija dik tal-Universita. Il-bqijja jiddispjacini ngħid, li għadna l-boghod. Kif irridu l-istudenti japprezzaw l-ikel jekk il-flus huma l-ewwel priorita? L-ikel tajjeb mhux dejjem jiġi irħas.
L-eżerċizju fl-iskejjel ukoll mhux jittieħed biż-żejjed bis-serjeta. Iktar importanti s-
suġġetti akkademiċi mis-saħħa tat-tfal fuq bażi regolari!
Ħaġa oħra li nemmen li tmur kontra kull loġika huma il-ħwienet tal-junk food bieb ma bieb mal-iskejjel. Dan pajjiz fejn kollox possibli anka dak li ma jagħmilx sens!
Għad baqa’ ħafna xi jsir u fejn jidħlu t-tfal u l-ikel, l-eżempju jkaxkar.
Artikli relatati

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s